Lezzjoni waħda jew tnejn ta` sagħtejn fil-gimgha
Korsijiet għal-livelli:
L-Għalliem/a jimmira, fost l-oħrajn, lejn:
- Smigħ/qari u diskursar dwar kitbiet varji. (Smigħ mill-Qari)
- Ksib il-ħila fit-tiftix u l-interpretazzjoni ta’ dan l-istess tiftix.
- Diskursar dwar folklor u temi oħra. (Il-Proġett/Taħdit mill-Proġett u l-Madwar)
- Qari u apprezzament ta’ poeżiji. (Qari)
- Għarfien u tħaddim tal-alfabett f’kuntesti varji. (Kitba)
- Bini ta’ kitba dwar il-linja ta’ storja ta’ rakkont awtobijografiku.
Agħfas dan il-link għal iktar informazzjoni:
http://curriculum.gov.mt/en/Curriculum/Form-1/Pages/default.aspx
Il-korsijiet tal-Malti tal-livelli tal-Form 4 u tal-Form 5 jippreparaw l-istudent għal-eżami tal-Malti tas-SEC. Dan l-eżami huwa magħmul minn żewg karti u oral li jinkludu:
•Il-Komponiment
•Ir-Rapport
•L-Ittra
•Fehim it-Test
•Il-Grammatika
•Għarfien il-Lingwa
•Il-Poeżija
•Il-Proża
(Is-Sillabu tal-Matsec Malti O Level)
Agħfas dan il-link għal iktar informazzjoni:
http://www.um.edu.mt/matsec
Biex tapplika għal-kors tal-Malti għas-sekondarja ċempel fuq 21227799, 21235314 jew ibgħatilna email għal-iktar informazzjoni.